Language of document : ECLI:EU:T:2017:341





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2017 – Marsh vs EUIPO (LegalPro)

(Kawża T-472/16)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LegalPro – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)]

(ara l-punt 13)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)]

(ara l-punti 14, 15, 25, 26)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett – Trade mark li tikkonsisti f’kelma jew f’neoloġiżmu naxxenti minn konglomerazzjoni ta’ elementi

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)]

(ara l-punt 16)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark verbali LegalPro

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)]

(ara l-punti 28, 39, 43)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Legalità –Eżami minn qorti tal-Unjoni – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

(ara l-punt 31)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

(ara l-punt 32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Ġunju 2016 (Kawża R 146/2016-4), dwar talba għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LegalPro bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Marsch GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.