Language of document : ECLI:EU:T:2018:714





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2018 – Epsilon International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑477/16)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007‑2013) – Interess ġuridiku – Spejjeż eliġibbli – Sospensjoni tal-ħlas – Talba għal annullament – Deċiżjoni li r-rikorrenti titniżżel fid-database ċentrali tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Talbiet – Modifika fil-mori tal-kawża – Kundizzjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qroti Ġenerali, Artikoli 76(d) u 84(2))

(ara l-punti 45, 46, 48)

2.      Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Rifjut mill-Kummissjoni li tqis bħala spejjeż eliġibbli ċerti ammonti mħallsa bil-quddiem lill-benefiċjarji abbażi tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti – Talba għar-rimbors tal-ħlasijiet bil-quddiem – Rikors ippreżentat mill-benefiċjarju kontra l-ittra tal-Kummissjoni li tħabbar l-intenzjoni tagħha li toħroġ nota ta’ debitu – Assenza ta’ dikjarazzjoni definittiva tad-dejn – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inamissibbiltà tar-rikors

(Artikolu 272 TFUE)

(ara l-punti 64, 65, 67, 70)

3.      Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż sostnuti – Proċedura mibdija mill-Kummissjoni għall-irkupru ta’ ħlasijiet bil-quddiem – Tqassim tal-oneru tal-prova

(Artikoli 272 TFUE u 317 TFUE)

(ara l-punti 78, 100, 103)

4.      Dritt nazzjonali – Riferiment għal-liġijiet nazzjonali – Dritt Belġjan u Lussemburgiż – Dritt dwar l-obbligi – Dritt għal kumpens għal dannu ta’ oriġini kuntrattwali – Kundizzjonijiet

(ara l-punti 135-137)

5.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Oneru tal-prova

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 142‑145)

6.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni li l-Kummissjoni tniżżel lir-rikorrenti fid-database tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) – Tneħħija tar-reġistrazzjoni fil-mori tal-kawża – Assenza ta’ effett  – Bażi ta’ rikors għad-danni eventwali – Żamma tal-interess ġuridiku

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 108(4))

(ara l-punti 146‑149)

7.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti –Ipproċessar ta’ data għal finijiet purament interni mill-amministrazzjoni – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 152, 153)

8.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti li jbiddlu s-sitwazzjoni legali tar-rikorrent – Reġistrazzjoni fid-database tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) – Rikors ta’ entità milquta mir-reġistrazzjoni – Assenza ta’ effetti esterni tar-reġistrazzjoni fuq is-sitwazzjoni legali tar-rikorrent – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikoli 66, 106(1) u 108(4))

(ara l-punti 158‑163)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li s-somom imħallsa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-ftehimiet ta’ sussidju Briseide, i‑SCOPE u Smart-Islands jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli, it-tieni nett li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tissosspendi l-ħlas għall-proġetti i‑Locate, eENV-Plus, GeoSmartCity u c‑Space huma infondati u, it-tielet nett, li l-aġir illegali tal-Kummissjoni kkawża preġudizzju lir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata, l-ewwel nett, fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2016) 2835215, tas-17 ta’ Ġunju 2016, li tirreġistra lil Epsilon fid-database tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) u, it-tieni nett, fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet wara dan l-att.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Epsilon International SA hija kkundannata għall-ispejjeż.