Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 – Frank vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-478/16) 1

“Riċerka u żvilupp teknoloġiku – Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) – Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC għas-sena 2016 – Deċiżjoni tal-ERCEA li tiċħad talba għal sussidju bħala ineliġibbli – Rikors amministrattiv quddiem il-Kummissjoni – Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda – Inammissibbiltà parzjali – Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Regine Frank (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Conrad, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, L. Mantl u B. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2016 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2016 li jiċħdu rispettivament b’mod impliċitu u espliċitu l-azzjoni amministrattiva ppreżentata mir-rikorrenti, konformement mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 475, 19.12.16.