Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2014 – Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-419/13) 1

[“Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jikkonċernaw żewġ proċeduri Spanjoli fil-qasam tal-kompetizzjoni – Rifjut impliċitu ta’ aċċess – Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Unión de Almacenistas de Hierros de España (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras, A. Valiente Martin u C. Maldonado Márquez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-korrispondnza skambjata bejn il-Kummissjoni u l-Comisión Nacional de la Competencia (CNC, kummissjoni nazzjonali tal-kompetizzjoni Spanjola), fir-rigward ta’ żewġ proċeduri nazzjonali mressqa minn din tal-aħħar.Dispożittiv1)    Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.2)    Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent.3)    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Unión de Almacenistas de Hierros de España.4)    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.