Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2014 – Stanleybet Malta u Stanley International Betting vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-416/13) 1

(“Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Operat ta’ apparat vidjo ta’ lotterija – Għoti ta’ liċenzja esklużiva mill-Greċja – Deċiżjoni li tiċħad ilment – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stanleybet Malta Ltd (Valletta, Malta); u Stanley International Betting Ltd (Liverpool, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. A. Jacchia, I. Picciano, A. Terranova, F. Ferraro, G. Dellis, P. Kakouris u I. Koimitzoglou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Striani, aġenti, sussegwentement F. Ronkes Agerbeek)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2013 li permezz tagħha l-Kummissjoni kkomunikat lir-rikorrenti d-deċiżjoni tagħha li tiċħad l-ilment tagħhom u li tagħlaq il-fajl dwar il-każ COMP/39.981, Stanleybet Group 2/OPAP.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Ellenika u mill-Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP).Stanleybet Malta Ltd u Stanley International Betting Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.