Language of document : ECLI:EU:T:2014:248





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Mejju 2014 — Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑419/13)

“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jikkonċernaw żewġ proċeduri Spanjoli fil-qasam tal-kompetizzjoni — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Silenzju jew nuqqas ta’ azzjoni minn istituzzjoni — Xebh ma’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda — Esklużjoni — Limiti — Assenza ta’ risposta għal talba konfermattiva fit-terminu mogħti (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 8(2) u (3)) (ara l-punti 21, 24)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Rikors indirizzat kontra deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ talba ta’ aċċess għad-dokumenti — Deċiżjoni li fil-mori tal-kawża ġiet issostitwita minn deċiżjoni espliċita — Tmiem tal-interess ġuridiku (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 8(3)) (ara l-punti 28, 29, 32)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-korrispondnza skambjata bejn il-Kummissjoni u l-Comisión Nacional de la Competencia (CNC, kummissjoni nazzjonali tal-kompetizzjoni Spanjola), fir-rigward ta’ żewġ proċeduri nazzjonali mressqa minn din tal-aħħar.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Unión de Almacenistas de Hierros de España.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.