Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 – nfon AG vs : Fon Wireless Ltd, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-193/13 P) 1

(Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali ‘nfon’ – Oppożizjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali ‘fon’ u tat-trade mark verbali nazzjonali FON – Ċaħda tal-oppożizzjoni mill-Bord tal-Appell tal-UASI)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: nfon AG (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Fon Wireless Ltd (rappreżentant: L. Montoya Terán, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tad-29 ta’ Jannar 2013, Fon Wireless vs UASI - Nfon (Nfon) (T-283/11), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali rriformat id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-18 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1017/2009-4), fis-sens li l-appell ippreżentat minn nfon AG quddiem il-Bord tal-Appell huwa miċħud - Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

nfon AG hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Fon Wireless Ltd.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 189, 29.06.2013.