Language of document :





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Frar 2017 – IMG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T381/15)

“Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Miżuri msaħħa ta’ awditu u ta’ monitoraġġ u senjalazzjoni ta’ verifika fil-kuntest tas-sistema ta’ twissija bikrija (STB) – Deċiżjoni li tissospendi l-possibbiltà għar-rikorrenti li tikkonkludi, mal-Kummissjoni, kuntratti ta’ ġestjoni indiretta b’teħid inkunsiderazzjoni tad-dubji eżistenti fir-rigward tal-istatus tagħha ta’ organizzazzjoni internazzjonali – Rikors għal annullament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà parzjali – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Rikors għad-danni”

1.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Ittra tal-Kummissjoni li tiċħad il-possibbiltà għar-rikorrenti li tikkonkludi, mal-Kummissjoni, kuntratti ta’ ġestjoni indiretta b’teħid inkunsiderazzjoni tad-dubji eżistenti fir-rigward tal-istatus tagħha ta’ organizzazzjoni internazzjonali – Inklużjoni

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 58(1)(c)(ii))

(ara l-punti 41, 44, 45)

2.      Rikors għal annullament – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti li ma ġietx ikkontestata fit-termini mogħtija – Inammissibbiltà – Kunċett ta’ deċiżjoni konfermattiva – Eżami mill-ġdid tas-sitwazzjoni tar-rikorrent abbażi tal-fatti u tal-evalwazzjonijiet li jidhru f’rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 42, 49, 51)

3.      Rikors għal annullament – Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali – Annullament tat-talba tal-Kummissjoni li tordna lil kontraent jadotta miżuri ta’ awditu msaħħaħ u ta’ monitoraġġ fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Inammissibbiltà

(Artikoli 263 TFUE, 272 TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 35(3))

(ara l-punti 58-61)

4.      Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Interess li jiġi stmat fid-data tal-preżentata tar-rikors – Rikors ippreżentat kontra l-introduzzjoni ta’ senjalazzjoni ta’ verifika li tikkonċerna lir-rikorrent fis-sistema ta’ twissija bikrija permezz tal-kompjuters tal-Kummissjoni u tal-Aġenziji Eżekuttivi – Tneħħija tas-senjalazzjoni fil-mori tal-kawża – Assenza ta’ dannu materjali jew morali ta’ natura li jiġġustifika l-interess tar-rikorrent li jikseb l-annullament tal-miżura – Tmiem tal-interess ġuridiku

(Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/969)

(ara l-punti 64, 65, 67, 70, 71)

5.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

(ara l-punti 82, 91)

6.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1))

(ara l-punti 112-114)

7.      Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) – Regolament Nru 883/2013 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF – Drittijiet tad-difiża – Portata – Dritt ta’ aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni – Assenza ħlief meta jkun hemm l-intenzjoni li jiġi adottat att li jikkawża preġudizzju lill-persuna kkonċernata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2013)

(ara l-punt 118)

8.      Baġit tal-Unjoni Ewropea – Regolament finanzjarju – Implementazzjoni tal-baġit – Implementazzjoni b’ġestjoni indiretta – Proċedura speċjali rriżervata għall-organizzazzjonijiet internazzjonali – Sospensjoni, mill-Kummissjoni, tal-possibbiltà li jiġu konklużi kuntratti ta’ ġestjoni indiretta fil-preżenza ta’ dubji dwar l-istatus ta’ organizzazzjoni internazzjonali ta’ entità – Ammissibbiltà

(Artikolu 310(5) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikoli 58(1)(c)(ii) u 60(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 43(1))

(ara l-punti 128, 134-136)

9.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ċertezza legali – Kunċett – Infurzabbiltà tal-prinċipju – Kundizzjonijiet – Kontestazzjoni ta’ sitwazzjoni ġuridika stabbilita abbażi ta’ ċirkustanzi fattwali ġodda – Assenza ta’ ksur

(ara l-punti 145, 149)

10.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni

(ara l-punti 156, 157)

11.    Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Obbligu għall-qorti li teżaminahom f’ordni partikolari – Assenza – Assenza ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 164, 168)

12.    Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti drittijiet lill-individwi – Istituzzjoni li għandha marġni ta’ diskrezzjoni mnaqqas jew ineżistenti – Natura suffiċjenti ta’ sempliċi ksur tad-dritt tal-Unjoni

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 165)

13.    Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu reali u ċert – Oneru tal-prova

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 166)

14.    Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Rabta kawżali – Kunċett – Oneru tal-prova

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 167)

15.    Proċedura ġudizzjarja – Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Talba ta’ rtirar mill-proċess ta’ dokumenti interni ta’ istituzzjoni – Opinjoni tas-servizz legali ta’ istituzzjoni miksuba b’mod irregolari – Irtirar mill-proċess

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 89; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punti 176, 177, 179)

16.    Proċedura ġudizzjarja – Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Talba ta’ rtirar mill-proċess ta’ dokumenti interni ta’ istituzzjoni – Rapport finali ta’ investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi miksub b’mod irregolari – Nuqqas ta’ komunikazzjoni tar-rapport lir-rikorrent bi ksur tar-regoli proċedurali applikabbli – Żamma fil-proċess

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 89; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2013)

(ara l-punti 181-184)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni fejn fiha din tordna li jittieħdu miżuri msaħħa ta’ awditu u ta’ monitoraġġ u senjalazzjoni ta’ verifika, u ċċaħħad lir-rikorrenti mill-possibbiltà li tikkonkludi, mal-Kummissjoni, kuntratti ta’ ġestjoni indiretta u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet minħabba l-adozzjoni tal-miżuri previsti mill-imsemmija ittra.

Dispożittiv

1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn International Management Group (IMG) titlob l-annullament tal-inklużjoni tagħha f’senjalazzjoni ta’ verifika fis-sistema ta’ twissija bikrija.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli jew infondat.

3)

IMG hija kkundannata għall-ispejjeż.