Language of document :

Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn YV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-533/16, YV et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-569/22 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: YV rappreżentanti: L. Levi, J.-N. Louis, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, YW, YZ, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-533/16; YV et vs Il-Kummissjoni;

tevoka din il-kawża li twassal lill Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra fondat ir-rikors fl-ewwel istanza tal-appellant;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji:

L-ewwel aggravju huwa ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 45 TFUE, fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, fuq żball ta’ kwalifika ġuridika u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

It-tieni aggravju jinvoka ksur tal-finalità tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.

____________