Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Marzu 2012 - Armani vs UASI - Del Prete (AJ AMICI JUNIOR)

(Kawża T-420/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja figurattiva AJ AMICI JUNIOR - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti AJ ARMANI JEANS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARMANI JUNIOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar- Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Armani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Rapisardi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Annunziata Del Prete (Napoli, l-Italja) (rappreżentant: R. Bocchini, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Lulju 2010 (Każ R 1360/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Giorgio Armani SpA u Annunziata Del Prete.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta' Lulju 2010 (Każ R 1360/2009-2) hija annullata.

L-UASI u Annunziata Del Prete għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Giorgio Armani SpA quddiem il-Bord tal-Appell.

L-UASI u Annunziata Del Prete għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Giorgio Armani quddiem il-Qorti Ġenerali.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010.