Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2013 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-267/07) 1

[“FAEGG — Taqsima Garanzija — Clearance tal-kontijiet — Infiq eskluż mill-finanzjament — Dewmien eċċessiv fl-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-komunikazzjonijiet mibgħuta skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 595/91 — Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Terminu raġonevoli”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Aiello u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u F. Erlbacher, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/327/KE, tas-27 ta’ April 2007, dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (EAGGF), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006 (ĠU L 122, p. 51).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/327/KE, tas-27 ta’ April 2007, dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (EAGGF), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006, hija annullata sa fejn timponi fuq ir-Repubblika Taljana 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru fir-rigward tal-każijiet ta’ irregolaritajiet li ġejjin: Coprap (IT/1987/001), Tabacchi Levante (IT/1987/002), Casearia Sarda (IT/1991/001), Beca (IT/1994/009), Soc.Coop.Super (IT/1995/003/A), Vinicola Magna (IT/1995/005/A), Eurotrade (IT/1995/015/A), COASO – Italiana Tabacchi (IT/1995/016/A), Ionia (IT/1995/017/A), Beca (IT/1995/018), Addeo Fruit (IT/1995/021), Quaranta (IT/1996/003), D’Apolito (IT/1996/007), Sibillo (IT/1996/016), Agrocom (IT/1996/019), Procaccini (IT/1996/020), Addeo Fruit (IT/1996/023), Mediterrane Vini (IT/1996/001), Oleificio Centro Italia (IT/1996/029), Procaccini (IT/1997/002), Soc.Coop.Super (IT/1997/006/A), Savict (IT/1997/01), Agricola S. Giuseppe (IT/1997/012), Terra D’Oro (IT/1997/017/A), Toscana Tabacchi (IT/1997/018).

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha u erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati parti waħda minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha u parti waħda minn ħamsa tal-ispejjeż tar-Repubblika Taljana.

____________

1 ĠU C 223, 22.09.2007.