Language of document : ECLI:EU:T:2014:1034





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014 —
Riva Fire vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑83/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas — Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Kompetenza tal-Kummissjoni — Bażi legali — Konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkordji u l-Pożizzjonijiet Dominanti — Drittijiet tad-difiża — Definizzjoni tas-suq ġeografiku — Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ lex mitior — Ksur tal-Artikolu 65 KEFA — Multi — Gravità u tul tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Proporzonalità — Applikazzjoni tal-Komunikazzjoni fuq il-Kooperazzjoni tal-1996”

1.                     Kummissjoni — Prinċipju ta’ kolleġjalità — Portata — Deċiżjoni li tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni nnotifikata mingħajr l-annessi tagħha — Ksur tal-prinċipju ta’ kolleġjalità — Assenza — Elementi esposti suffiċjentement skont il-liġi fit-test tad-deċiżjoni (Artikolu 219 KE) (ara l-punti 53-55, 75)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-piena l-iktar żgħira — Prinċipju li jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u huwa inkluż fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni — Determinazzjoni tal-lex mitior — Kriterji — Il-liġi l-iktar favorevoli in concreto (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1)) (ara l-punti 83, 85)

3.                     Akkordji — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Evalwazzjoni fuq il-bażi ta’ diversi fatturi miġbura flimkien li ma għandhomx neċessarjament, meqjusa iżolament, effett determinanti — Akkordji li jestendu fit-territorju kollu ta’ Stat Membru — Eżistenza ta’ preżunzjoni qawwija ta’ effett (Artikolu 65(1) KEFA; Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 88-91, 93-95, 97, 130)

4.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Indikazzjoni tal-punti prinċipali ta’ fatt u ta’ dritt li jistgħu jwasslu għal multa — Indikazzjoni suffiċjenti fir-rigward tad-dritt ta’ smigħ (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 36 KEFA; Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punt 104)

5.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju — Annullament tal-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida fuq il-bażi ta’ bażi legali oħra u ta’ atti preparatorji preċedenti — Ammissibbiltà — Obbligu li tagħmel dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza (Artikolu 65(1)(4) u (5) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1)) (ara l-punti 112-122, 124, 211)

6.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Preżunzjoni tal-użu ta’ informazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-aġir fis-suq — Assenza ta’ effetti antikompetittivi fuq is-suq — Assenza ta’ effett (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 137-140, 161-166)

7.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja meħtieġ mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur (Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 142-151)

8.                     Akkordji — Ksur kumpless li jinkludi elementi ta’ ftehim u elementi ta’ prattika miftiehma — Klassifikazzjoni unika bħala “ftehim u/jew prattika miftiehma” — Ammissibbiltà (Artikoli 15 KEFA u 65(1) KEFA) (ara l-punti 154, 155)

9.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Provi dokumentali — Evalwazzjoni tal-valur probatorju ta’ dokument — Kriterji — Nuqqas ta’ għarfien tal-awtur u tal-oriġini — Assenza ta’ effett (Artikolu 65 KEFA) (ara l-punt 157)

10.                     Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti — Stakkament pubbliku — Interpretazzjoni restrittiva (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 159, 209)

11.                     KEFA — Prezzijiet — Listi ta’ prezzijiet — Pubbliċità obbligatorja — Kompatibbiltà mal-projbizzjoni tal-akkordji (Artikoli 60 KEFA u 65(1) KEFA) (ara l-punti 170, 171, 187)

12.                     Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Iffissar ta’ prezzijiet — Kunċett — Akkordji li jirrigwardaw l-iffissar ta’ parti mill-prezz finali — Supplimenti — Inklużjoni (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 181-186)

13.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjonijiet individwali — Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni (Artikoli 15 KEFA u 65(1) KEFA) (ara l-punti 191, 192)

14.                     Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Responsabbiltà għal aġir imwettaq minn impriżi oħra fil-kuntest tal-istess ksur — Ammissibbiltà — Kriterji — Teħid inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 213, 214, 216, 219, 220)

15.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Tul tal-ksur — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni ta’ impriża f’waħda mill-aspetti tal-akkordju matul parti mill-perijodu implikat li ma tistax tiġi kklassifikata bħala qasira — Inammissibbiltà — Eżerċizzju mill-qorti tal-Unjoni tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha — Tnaqqis tal-multa (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 219, 220, u d-dispożittiv 1)

16.                     Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 65 KEFA — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punt 227)

17.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Assenza ta’ lista vinkolanti jew eżawrjenti ta’ kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punt 244)

18.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Evalwazzjoni ekonomika kumplessa — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Stħarriġ tal-legalità — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punti 1 A u 1 B) (ara l-punti 244, 254-258)

19.                     Kompetizzjoni — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura ġuridika — Regola ta’ kondotta indikattiva li timplika awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 246-248)

20.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Natura dissważiva — Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża sanzjonata — Rilevanza — Applikazzjoni ta’ fattur ta’ multiplikazzjoni għall-ammont inizjali — Data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni (Artikolu 65 KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punt 266-272)

21.                     Akkordji — Akkordji suġġetti ratione materiae u ratione temporis għas-sistema legali tat-Trattat KEFA — Skadenza tat-Trattat KEFA — Żamma ta’ kontroll mill-Kummissjoni li taġixxi fl-ambitu legali tar-Regolament Nru 1/2003 (Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punt 273)

22.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju — Assenza ta’ tali aġir (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punti 284, 285, 287)

23.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kuntest ġuridiku — Linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ multi jew it-tnaqqis tal-ammont tagħhom inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriżi implikati — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04) (ara l-punti 301-311)

24.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Tressiq ta’ talba għal klemenza — Neċessità li l-aġir ikun iffaċilita l-konstatazzjoni tal-ksur mill-Kummissjoni — Evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04) (ara l-punti 312-319)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 — Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Il-multa imposta fuq Riva Fire SpA hija stabbilita fl-ammont ta’ EUR 26 093 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Riva Fire għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.