Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2013 — Vivendi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑432/10)
“Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq Franċiż tal-broadband u tal-abbonament telefoniku — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment — Nuqqas ta’ interess Komunitarju — Importanza tal-ksur allegat għall-funzjonament tas-suq intern — Probabbiltà li tkun tista’ tiġi stabbilita l-eżistenza tal-ksur allegat”
1. Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Eżami tal-ilmenti — Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess Komunitarju fl-istruttorja ta’ kawża — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni — Stħarriġ ġudizzjarju (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE, 105(1) TFUE u 296 TFUE ; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikolu 7(1)) (ara l-punti 22-25, 27, 28, 33, 39, 68, 104-107, 126, 127)
2. Kompetizzjoni — Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni — Dritt tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni s-sorveljanza tagħha eżerċitata fil-kuntest ta’ proċedura oħra u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 4 u 5) (ara l-punti 26, 44-47, 62, 76)
3. Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teħtieġ evalwazzjoni ekonomika kumplessa — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 263 TFUE) (ara l-punti 66-70)
4. Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Abbuż — Kompressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 102 TFUE) (ara l-punti 109-114)
5. Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Drittijiet tal-lanjanti — Aċċess għal dokumenti — Portata (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikoli 7(1) u 8(1)) (ara l-punti 132, 133, 138, 139)
Suġġett
| Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4730, tat-2 ta’ Lulju 2010, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra France Télécom għal allegat abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-suq Franċiż tal-broadband u tal-abbonament telefoniku (Każ COMP/C 1/39.653 – Vivendi u Iliad vs France Télécom). |
Dispożittiv
2) | | Vivendi għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) | | Orange għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |