Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Novembru 2011 - Saupiquet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/10) 

("Dritt doganali - Rimbors tad-dazju fuq l-importazzjoni - Kunserva tat-ton li joriġina mit-Tajlandja - Kwota tarrifarja - Data ta' ftuħ - Il-Ħadd - Eżawriment tal-kwota - Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju - Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Regolament (KE) Nru 975/2003")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Saupiquet (Courbevoie, Franza) (rappreżentant: R. Ledru, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u L. Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 10005 finali, tas-16 ta' Diċembru 2009, li tikkonstata li ma huwiex iġġustifikat li r-rikorrenti tingħata rimbors għad-dazju fuq l-importazzjoni għall-kunserva ta' ton li joriġina mit-Tajlandja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Saupiquet hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 148, 05.06.2010