Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2018 – Damm vs EUIPO – Schlossbrauerei Au, Willibald Beck Freiherr von Peccoz (EISKELLER)

(Kawża T-859/16) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ‘EISKELLER’ – Trade marks verbali nazzjonali preċedenti KELER u KELER 18 – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ xebħ tas-sinjali – Assenza ta’ probabbiltàta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sociedad Anónima Damm (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón u C. Aguilera Montáñez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Harrington, D. Hanf, V. Ruzek u D. Walicka, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Schlossbrauerei Au, Willibald Beck Freiherr von Peccoz GmbH & Co. KG (Au-Hallertau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Thomas u V. Schwepler, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-5 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2428/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sociedad Anónima Damm u Schlossbrauerei Au, Willibald Beck Freiherr von Peccoz.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sociedad Anónima Damm hija kkundanata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 38, 6.2.2017.