Language of document : ECLI:EU:T:2014:946





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014 —
Hamcho u Hamcho International vs Il-Kunsill


(Kawża T‑43/12)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Terminu ta’ rikors — Inammissibbiltà parzjali — Interess ġuridiku — Oneru tal-prova — Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”

1.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Att li jinvolvi miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità — Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji — Data ta’ komunikazzjoni tal-att — Komunikazzjoni lill-persuna interessata permezz ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Impossibbiltà għall-Kunsill li jwettaq notifika (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1) u (2); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/273/PESK, 2011/302/PESK, 2011/367/PESK u 2011/782/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 442/2011, Nru 504/2011 u Nru 611/2011) (ara l-punti 43-45, 52-55)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Dekadenza — Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 45) (ara l-punt 54)

3.                     Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Kunċett — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent — Interess li għandu jibqa’ jeżisti sal-pronunzja tad-deċiżjoni ġudizzjarja — Att li jħassar u li jissostitwixxi l-att ikkontestat matul l-istanza — Assenza ta’ ġustifikazzjoni tal-interess ġuridiku tar-rikorrent — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/782/PESK, 2012/172/PESK, 2012/739/PESK u 2013/185/PESK) (ara l-punti 58-61, 69-74)

4.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Att informali — Inklużjoni — Ittra ta’ istituzzjoni tal-Unjoni — Att li għandu natura purament informattiva — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 75-78)

5.                     Proċedura ġudizzjarja — Produzzjoni tal-provi — Terminu — Preżentata tardiva tal-offerti ta’ prova — Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1) u 48(1)) (ara l-punt 91)

6.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Portata tal-istħarriġ (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012, Nru 266/2012 u Nru 363/2013) (ara l-punti 95, 96, 100, 101)

7.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-Sirja — Riskju ta’ ksur serju u irriversibbli għall-effettività ta’ kull iffriżar ta’ beni li jista’, fil-ġejjieni, jiġi deċiż mill-Kunsill kontra persuni kkonċernati mill-att annullat — Żamma tal-effetti tad-deċiżjonijiet u tar-regolamenti annullati sal-iskadenza tat-terminu għall-appell jew saċ-ċħid tiegħu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE u l-Artikolu 266 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56, u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012, Nru 266/2012 u Nru 363/2013) (ara l-punti 103-109)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 121, p. 11), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 121, p. 1), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 136, p. 91), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 504/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 136, p. 45), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/367/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 164, p. 14), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 611/2011, tat-23 ta’ Ġunju 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 164, p. 1), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK, tal-1 ta’ Awwissu 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 199, p. 74), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 755/2011, tal-1 ta’ Awwissu 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 199, p. 33), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 218, p. 20), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 218, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 228, p. 16), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 228, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li jemenda d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 247, p. 17), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, tat-23 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 247, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 269, p. 33), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 269, p. 18), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/735/PESK, tal-14 ta’ Novembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 296, p. 53), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/736/PESK, tal-14 ta’ Novembru 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 296, p. 55), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1150/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 296, p. 1), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 296, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1244/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 319, p. 8), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 19, p. 33), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 55/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplementa l-Artikolu 33(1) tar-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 19, p. 6), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 87, p. 103), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 266/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 87, p. 45), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/206/PESK, tat-23 ta’ April 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 110, p. 36), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 126, p. 9), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 126, p. 3), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 509/2012, tal-15 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 156, p. 10), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/322/PESK, tal-20 ta’ Ġunju 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 165, p. 45), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 165, p. 80), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 544/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 165, p. 20), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 545/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 165, p. 23), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/420/PESK, tat-23 ta’ Lulju 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 196, p. 59), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/424/PESK, tat-23 ta’ Lulju 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 196, p. 81), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 673/2012, tat-23 ta’ Lulju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 196, p. 8), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 330, p. 21), tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2013/185/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li timplementa d-Deċiżjoni 2012/739 (ĠU L 111, p. 77), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplementa r-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 111, p. 1), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors, peress li ġie ppreżentat tard, huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn jirrigwarda l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/367/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 504/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 611/2011, tat-23 ta’ Ġunju 2011, li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn jirrigwarda l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK, tal-1 ta’ Awwissu 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 755/2011, tal-1 ta’ Awwissu 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, tat-23 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/735/PESK, tal-14 ta’ Novembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/736/PESK, tal-14 ta’ Novembru 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1150/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1244/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplementa r-Regolament Nru 442/2011, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 55/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplementa l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/206/PESK, tat-23 ta’ April 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 509/2012, tal-15 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/322/PESK, tal-20 ta’ Ġunju 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 544/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 545/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/420/PESK, tat-23 ta’ Lulju 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/424/PESK, tat-23 ta’ Lulju 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 673/2012, tat-23 ta’ Lulju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, peress li dawn l-atti ma jikkonċernawx lil M. Hamcho u lil Hamcho International.

3)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa dirett kontra l-ittra tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Diċembru 2011 indirizzata lil M. Hamcho u lil Hamcho International.

4)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn dan huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/273, tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/782, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782, u tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2013/185/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li timplementa d-Deċiżjoni 2012/739, peress li dawn l-atti ġew imħassra u sostitwiti.

5)

Huma annullati, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil M. Hamcho u lil Hamcho International:

–        ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament Nru 442/2011;

–        ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 266/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 36/2012;

–        ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplementa r-Regolament Nru 36/2012;

–        id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

6)

L-effetti tad-deċiżjonijiet u tar-regolamenti annullati jinżammu fir-rigward ta’ M. Hamcho u ta’ Hamcho International sad-data tal-iskadenza tat-terminu tal-appell jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, saċ-ċħid eventwali tal-appell.

7)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll terz mill-ispejjeż esposti minn M. Hamcho u minn Hamcho International.

8)

M. Hamcho u Hamcho International għandhom ibagħtu żewġ terzi tal-ispejjeż tagħhom.