Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Faita vs KESE

(Kawża T-619/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Nuqqas ta’ assistenza u nuqqas ta’ dmir ta’ premura – Żball ta’ liġi – Drittijiet tad-difiża”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Carla Faita (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), (rappreżentanti: M. Pascua Mateo u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati)SuġġettAppell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013, Faita vs KESE (F-92/11, ĠabraFP, EU:F:2013:130), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud. C.  Faita għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE).