Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-358/11) 1

(“FAEGG - Taqsima Garanzija - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Ħżin pubbliku taz-zokkor - Żieda fl-ispejjeż marbuta ma’ kiri tal-imħażen - Inventarju annwali tal-ħażniet - Spezzjonijiet fiżiċi tal-postijiet tal-ħżin - Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eżistenza ta’ riskju ta’ dannu finanzjarju għall-fondi – Effettività”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Marchini, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/244/UE, tal-15 ta’ April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 102, p. 33), sa fejn teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika Taljana, kif ukoll tal-ittri tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 2010 u tat-3 ta’ Jannar 2011 bħala atti preparatorji għal din id-deċiżjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 252, 27.8.2011.