Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Ottubru 2011 - Groupement Adriano, Jaime Ribeiro, Conduril - Construção vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-335/09)

"Rikors għal annullament - Programm MEDA I - Ftehim speċifiku ta' finanzjament - Mandat mogħti lill-Unjoni Ewropea biex tirkupra krediti dovuti minn terz lir-Renju tal-Marokk - Nota ta' debitu - Ittra ta' tfakkir - Atti mhux dissoċjabbli mill-kuntratt - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Groupement Adriano, Jaime Ribeiro, Conduril - Construção, ACE (Porto, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Pinto Cardoso u L. Fuzeta da Ponte, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u S. Delaude, aġenti, assistiti minn R. Faria da Cunha, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament, min-naħa waħda, tan-nota ta' debitu Nru 3230905272 maħruġa mill-Kummissjoni fit-12 ta' Ġunju 2009 u, min-naħa l-oħra, tal-ittra tat-3 ta' Awwissu 2009 li permezz tagħha l-Kummissjoni ordnat il-ħlas tas-somma mitluba permezz tan-nota ta' debitu kif ukoll tal-interessi moratorji relatati magħha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Groupement Adriano, Jaime Ribeiro, Conduril - Construção, ACE.

____________

1 - ĠU C 267, 07,11,2009.