Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Mejju 2007 - Calvin Klein Trademark Trust vs L-UASI - Zafra Marroquineros (CK CREACIONES KENNYA)

(Kawża T-185/07)

Lingwa tar-rikors:L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Calvin Klein Trademark Trust (Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Andrade Boué, M. I. Lehmann Novo u A. Hernández Lehmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Zafra Marroquineros S.L.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tad-29 ta' Marzu 2007 fil-każ R 314/2006-2;

tordna r-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali Nru 3 386 604, CK CREACIONES KENNYA;

tordna lill-UASI u lill-intervenjenti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Zafra Marroquineros S.L.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "CK CREACIONES KENNYA" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 (applikazzjoni Nru 3 386 604).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: B'mod partikolari t-trade mark figurattiva Komunitarja "CK Calvin Klein" (trade mark Nru 66 712) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 8, 9, 14, 16, 20, 21, 24-27, 35 u 42, kif ukoll it-trade marks nazzjonali "CK" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Caħda ta' l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1, peress li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti u t-trade mark "CK" hija magħrufa.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p.1).