Language of document :

Rikors ippreżentat fit-29 ta' Mejju 2007 - Ashoka vs L-UASI (DREAM IT, DO IT!)

(Kawża T-186/07)

Lingwa tal-kawża:L-Inġliż

Partijiet

Rikorrenti: Ashoka (Arlington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Link u A. Jaeger-Lenz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta' Marzu 2007 (Każ R 635/2006-1);

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk inkorsi mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali 'DREAM IT, DO IT!' għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 41 u 45 - Applikazzjoni Nru 3 844 792

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ċaħda ta' l-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 peress li t-trade mark mitluba ser tiġi pperċepita mill-pubbliku rilevanti bħala li toriġina minn impriża partikolari, peress li għadha mhijiex komuni fil-lingwa kurrenti jew fil-kummerċ bħala isem tas-servizzi li tkopri.

____________