Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2013 – Brainlab vs UASI (Curve)

(Kawża T-266/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Brainlab AG (Feldkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Bauer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 2073/2012-4 u d-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Settembru 2012, fil-proċedimenti ta’ reġistrazzjoni 008608473;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark verbali “Curve” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10, 35, 38, 41, 42, 44 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 608 473

Deċiżjoni tal-eżaminatur:applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009