Language of document : ECLI:EU:T:2014:900





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2014 —
L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑268/13)

“Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Pagamenti ta’ penalità — Deċiżjoni ta’ kalkolu tal-pagament ta’ penalità — Obbligu tal-irkupru — Impriżi li huma s-suġġett ta’ proċeduri ta’ falliment — Suġġett tal-proċeduri ta’ falliment inkwistjoni — Diliġenza neċessarja — Oneru tal-prova”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Nuqqas ta’ preżentata tal-annessi tal-att ikkontestat — Ammissibbiltà fin-nuqqas ta’ inkonvenjenzi maħluqa lill-partijiet l-oħra (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(4)) (ara l-punti 27-34)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Obbligu — Benefiċjarju suġġett għal proċedura kollettiva — Reġistrazzjoni tal-għajnuna fit-tabella tal-krediti — Proċedura kollettiva mhux intiża biex twassal għall-likwidazzjoni tal-benefiċjarju — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ rkupru (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 55-67)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Obbligu — Diffikultajiet ta’ eżekuzzjoni — Obbligu tal-Istat Membru li jeżerċita d-diliġenza kollha neċessarja għall-finijiet tal-irkupru — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-Istat Membru (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 76-84)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li timponi pagamenti ta’ penalità fuq Stat Membru — Deċiżjoni ta’ likwidazzjoni tal-pagamenti ta’ penalità (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 90, 91)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1264 finali, tas-7 ta’ Marzu 2013, li tordna lir-Repubblika Taljana li tħallas fuq il-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea” is-somma ta’ EUR 16 533 000 bħala pagament ta’ penalità.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.