Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2010 - CheckMobile vs UASI (carcheck)

(Kawża T-14/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CheckMobile GmbH - The Process Solution Company (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Lodigkeit, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-18 ta' Novembru 2009 (Każ R 595/2009-4), sa fejn tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark "carcheck" taħt l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "carcheck" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38, 41, 42 u 45 (Applikazzjoni Nru 7 368 681)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tal-eżaminatur annullata parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 1, peress li l-Bord tal-Appell interpreta b'mod eċċessivament wiesa' r-raġuni assoluta għal rifjut marbuta mal-karattru esklużivament deskrittiv tas-sinjali li jikkostitwixxu trade mark.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146).