Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 – Moonlight vs UASI – Lampenwelt (Moon)

(Kawża T-374/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Moonlight GmbH (Wehr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Börjes-Pestalozza u M. Nielen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lampenwelt GmbH & Co. KG (Schlitz, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 676/2012-4, u tordna lill-UASI jiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 6 084 081;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “Moon” għal prodotti fil-klassi 11 – trade mark Komunitarja Nru 6 084 081Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiParti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Lampenwelt GmbH & Co. KGMotivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ir-raġunijiet assoluti ta’ invalidità msemmija fl-Artikolu 51(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-R

egolament Nru 207/2009