Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Ġunju 2007 - Drax Power et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/06)1

"Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Proposta għal emenda tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti - Rifjut tal-Kummissjoni - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Drax Power Ltd (Selby, ir-Renju Unit); Great Yarmouth Power Ltd (Swindon, ir-Renju Unit); International Power plc (Londra, ir-Renju Unit); Npower Cogen Ltd (Swindon); RWE Npower plc (Swindon); ScottishPower Generation Ltd (Glasgow, ir-Renju Unit); u Scottish and Southern Energy plc (Perth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Glick, QC, u M. Cook, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewopej (rappreżentanti: U. Wölker u X. Lewis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 426 finali, tat-22 ta' Frar 2006, dwar il-proposta għal emenda tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, innotifikata mir-Renju Unit skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU C 165, 15.7.2006.