Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Schneider Electric SA et vs Premier ministre, Ministre de l’Economie, des Finances et de la Relance

(Kawża C-556/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schneider Electric SA, Axa SA, BNP Paribas SA, Engie SA, Orange SA, L’Air liquide, société anonyme pour l’étude et l’exploitation des procédés Georges Claude

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Economie, des Finances et de la Relance

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti 1 , fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikolu 7(2) tagħha, jipprekludu dispożizzjoni, bħal dik tal-Artikolu 223 sexies tal-code général des impots (il-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi), li, għall-implementazzjoni korretta ta’ dispożittiv intiż sabiex jelimina t-tassazzjoni doppja ekonomika tad-dividendi, tistabbilixxi ħlas meta kumpannija omm tqassam mill-ġdid profitti li tqassmulha minn sussidjarji stabbiliti minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147.