Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2023 – Volvo Personvagnar vs EUIPO (Forma tal-fanali ta’ karozza)

(Kawża T-260/23)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrent: Volvo Personvagnar (Gothenburg, l-Isvezja) (rappreżentant: H.-A. Odh u E. Esaiasson, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma tal-fanali ta’ karozza) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 560 591

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 1129/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata taħt l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1) u temenda d-deċiżjoni sabiex tapprova l-applikazzjoni tar-rikorrenti għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 18 560 591;

tikkundanna lill-konvenut, abbażi tal-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti kemm fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea;

tittratta l-evidenza sussegwenti bħala kunfidenzjali:

Anness A.1 – Stqarrija mill-esperta Aina Nilsson Ström u l-anness (CV)

Anness A.3 – Konferma ta’ liċenzja bejn Volvo Cars u Polestar.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________