Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Xiaomi vs EUIPO - Apple (MI PAD)

(Kawża T-893/16)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xiaomi, Inc. (Beijing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Raab u C. Tenkhoff, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MI PAD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 780 987

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Settembru 2016, fil-Każ R 363/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________