Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2016 – Puma vs EUIPO – Senator (TRINOMIC)

(Kawża T-896/16)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Senator GmbH & Co. KGaA (Groß-Bieberau, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TRINOMIC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 697 074

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 70/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tal-prinċipju ta’ patere legem quam ipse fecisti.

____________