Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2017 – Casual Dreams vs EUIPO - López Fernández (Dayaday)

(Kawża T-900/16)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Casual Dreams, SLU (Manresa, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Ángel López Fernández (Fuensalida, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Dayaday” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 243 563

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 375/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell adottata fis-6 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 375/2016-2, li permezz tagħha huwa parzjalment miċħud l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO Nru B 2 469 545 tas-17 ta’ Diċembru 2015;

tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 243 563 ippreżentata mill-intervenjenti fir-rigward tal-prodotti kollha tal-klassi 9 u ta’ dawk il-prodotti tal-klassijet 16 u 24 li fir-rigward tagħhom it-Tieni Bord tal-Appell ċaħad l-appell;

sussidjarjament, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, abbażi tal-Artikolu 8(5) tar-regolament dwar it-trade mark Komunitarja, sa fejn din tikkonferma r-rifjut tal-oppożizzjoni u tal-appell għall-prodotti tal-klassijiet 9, 16 u 24, u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell sabiex jiġi eżaminat mill-ġdid u b’mod sħiħ għalxiex tirreferi r-raġuni relattiva li tinsab fl-imsemmi artikolu.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn din il-parti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________