Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2017 – Toontrack Music vs EUIPO (SUPERIOR DRUMMER)

(Kawża T-895/16) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SUPERIOR DRUMMER – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1002)”)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Toontrack Music AB (Umeå, l-Isvezja) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 2438/2015-5), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUPERIOR DRUMMER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Toontrack Music AB hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 46, 13.2.2017.