Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2018 – Casual Dreams vs EUIPO – López Fernández (Dayaday)

(Kawża T-900/16) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni –Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dayaday – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti DAYADAY u dayaday – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Reputazzjoni – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Casual Dreams, SLU (Manrèse, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Palmero Cabezas, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Ángel López Fernández (Fuensalida, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 375/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Casual Dreams u M.A. López Fernández.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 375/2016-2) hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Casual Dreams, SLU, inklużi dawk sostnuti minnha fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1     ĠU C 95, 27.3.2017.