Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 – Air France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-894/16) 1

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Miżuri implimentati minn Franza favur l-ajruport ta’ Marseille Provence u tal-kumpanniji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Sussidji għall-investiment – Differenzjazzjoni fit-tariffi tal-ajruport applikabbli għat-titjiriet nazzjonali u għat-titjiriet internazzjonali – Tariffi tal-ajruport imnaqqsa sabiex jinkoraġġixxu titjiriet mit-terminal il-ġdid ta’ Marseille-Provence 2 – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Nuqqas ta’ inċidenza sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva – Inammissibbiltà”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société Air France (Tremblay-en-France, Franza) (rappreżentant: R. Sermier, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë, C. Giolito u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Aéroport Marseille Provence SA (Marignane, Franza) (rappreżentant: A. Lepièce, avukat), Ryanair DAC, li kienet RyanairLtd (Dublin, l-Irlanda) u Airport Marketing Services Ltd (Dublin) (rappreżentant: E. Vahida u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1698 tal-20 ta’ Frar 2014 dwar il-miżuri SA.22932 (11/C) (ex NN 37/07) implimentati minn Franza favur l-ajruport ta’ Marseille Provence u favur il-kumpaniji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport (ĠU 2016, L 260, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Société Air France għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ryanair DAC u Airport Marketing Services Limited kif ukoll Aéroport Marseille Provence SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 46, 13.2.2017.