Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Frar 2012 - mtronix vs UASI - Growth Finance (mtronix)

(Kawża T-353/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimeni ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali mtronix - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Montronix - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: mtronix OHG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schnetzer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Growth Finance AG (Zug, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Ġunju 2009 (Każ R 1557/2007-4), dwar proċediment ta' oppożizzjoni bejn Growth Finance AG u mtronix OHG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

mtronix OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009