Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013 - Reber vs UASI - Wedl & Hofmann (Walzer Traum)

(Kawża T-355/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Walzer Traum - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Walzertraum - Assenza ta' użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Reber Holding GmbH & Co. KG (Bad Reichenhall, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wedl & Hofmann GmbH (Mils/Hall in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Raubal, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta' Lulju 2009 (Każ R 623/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Reber Holding GmbH & Co. KG u Wedl & Hofmann GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Reber Holding GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009.