Language of document : ECLI:EU:T:2012:40





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Frar 2012 — mtronix vs UASI — Growth Finance (mtronix)

(Kawża T-353/09)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali mtronix — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Montronix — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja —Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 49-52)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1557/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Growth Finance AG u mtronix OHG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

mtronix OHG hija kkundannata għall-ispejjeż