Language of document : ECLI:EU:T:2012:499





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 — Pucci International vs UASI — El Corte Inglés (Emidio Tucci)

(Kawża T‑357/09)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Emidio Tucci — Trade marks Komunitarji figurattivi u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Emilio Pucci u EMILIO PUCCI — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Vantaġġ miksub b’mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 20-24)

2.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 25)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 39)

4.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Bidla ta’ deċiżjoni tal-Uffiċċju — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3)) (ara l-punt 46)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 47)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Karattru komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Karattru komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 50-52)

7.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 64, 66-68)

8.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni —Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Għan — Provi li għandhom jiġu prodotti mill-proprjetarju — Riskju futur mhux ipotetiku ta’ vantaġġ inġust jew ta’ dannu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 65, 70, 71)

9.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Trade mark figurattiva Emidio Tucci u trade mark verbali EMILIO PUCCI (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 72, 77-89)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każijiet magħquda R 770/2008-2 u R 826/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Emilio Pucci International BV u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każijiet magħquda R 770/2008 2 u R 826/2008 2) hija annullata sa fejn tikkonċerna, fl-ewwel lok, il-prova tal-użu tan-nuċċalijiet li jinsabu fi klassi 9 u, fit-tieni lok, l-applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 għan-nuċċalijiet li jinsabu fil-klassi 9, għall-ġojjellerija, għall-ġojjelli artifiċjali u għall-arloġġi li jinsabu fil-klassi 14 u għall-karta tat-tojlit li tinsab fil-klassi 16.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Emilio Pucci International BV hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż. L-UASI u El Corte Inglés, SA huma kkundannati għal żewġ terzi tal-ispejjeż.