Language of document : ECLI:EU:T:2013:22





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 — Reber vs UASI — Wedl & Hofmann (Walzer Traum)

(Kawża T‑355/09)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Walzer Traum — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Walzertraum — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament”

1.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 25)

2.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 26-28, 38-40, 57, 59, 60)

3.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 29)

4.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punt 50)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal — Teħid inkunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja biss — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri — Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-istituzzjonijiet Komunitarji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 52)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Lulju 2009 (Każ R 623/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Reber Holding GmbH & Co. KG u Wedl & Hofmann GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Reber Holding GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.