Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Settembru 2009 - Reber Holding vs UASI - Wedl & Hofmann (Walzer Traum)

(Kawża T-355/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Reber Holding GmbH & Co. KG (Bad Reichenhall, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wedl & Hofmann GmbH (Mils/Hall in Tirol, l-Awstrija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tad-9 ta' Lulju 2009, fil-Każ R 623/2008-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Wedl & Hofmann GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "Walzer Traum" għal prodotti fil-klassijiet 21 u 30 (Applikazzjoni Nru 4 593 752)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża "Walzertraum" għal prodotti fil-klassi 30 (Nru 1 092 615), sa fejn l-oppożizzjoni hija diretta biss kontra r-reġistrazzjoni għal prodotti fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 kif ukoll tal-prinċipju ġenerali ta' trattament ugwali fir-rigward tal-interpretazzjoni tar-rekwiżit ta' użu ġenwin mit-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE), tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)