Language of document : ECLI:EU:T:2011:576





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 – Honda Motor vs UASI – Blok (BLAST)

(Kawża T-425/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLAST – Trade marks Komunitarji u tal-Benelux verbali preċedenti BLAST – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Karattru distintiv dgħajjef tat-trade marks preċedenti”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 31, 32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1097/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hendrik Blok u Honda Motor Co. Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Honda Motor Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.