Language of document : ECLI:EU:T:2013:96





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Frar 2013 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑241/10)

“FAEGG, FAEG u FAEŻR — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament — Pagamenti indiretti — Sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ ta’ art agrikoli — Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Insuffiċjenza ta’ effiċjenza u ta’ affidabbiltà — Irregolaritajiet intenzjonali — Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004”

1.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG, FAEG u FAEŻR — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Kontrolli mhux affidabbli — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà mill-Fondi (Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, Artikolu  20; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 796/2004, Artikolu 6(2)) (ara l-punti 20-23, 44, 45, 57, 58, 68)

2.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna — Skema ta’ pagament uniku u skemi ta’ għajnuna oħra “uċuħ” — Żball intenzjonali fid-dikjarazzjoni tas-superfiċji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet għall-eżistenza minn qabel ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tikkonferma n-nuqqas ta’ osservanza intenzjonali — Leġiżlazzjoni li tirrendi prattikament impossibbli l-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Inammissibbiltà — Ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza — Assenza — Sanzjonijiet ta’ natura amministrattiva (Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004, Artikolu 53) (ara l-punti 81, 82, 86, 91-93)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 102, 107, 150)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG — Korrezzjonijiet finanzjarji — Stat destinatarju li kien assoċjat mill-qrib mal-proċess ta’ elaborazzjoni tad-deċiżjoni — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Assenza (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 109-111)

5.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1258/1999, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(4), u Nru 1290/2005, Artikolu 31(2)) (ara l-punti 138-142)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/152/UE, tal-11 ta’ Marzu 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 63, p. 7), sa fejn din teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika tal-Polonja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.