Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 – Future Enterprises vs UASI – McDonald’s International Property (MACCOFFEE)

(Kawża T-518/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Future Enterprises Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: J. Olsen, B. Hitchens, R. Sharma u M. Henshall, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: McDonald’s International Property Co. Ltd (Wilmington, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Ġunju 2013 mogħtija fil-Każ R 1178/2012-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “MACCOFFEE” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 – reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 307 382

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-motivi kienu dawk imniżżla fl-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikoli 8(1)(a) u (b), 8(2)(ċ) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.