Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – CW vs Il-Kunsill

(Kawża T-516/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CW (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Tekari, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill, tat-30 ta’ Lulju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija sa fejn tirrigwarda r-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-dannu morali u materjal imġarrab mir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali, sa fejn, billi tibbaża fuq motiv differenti minn dak previst fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK 1 , li tikkostitwixxi l-bażi ġuridika tagħha, id-Deżiżjoni 2013/49/PESK  hija nieqsa minn bażi legali. It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà, sa fejn il-miżuri, restrettivi imposti fuq ir-rikorrent, jikkostitwixxu restrizzjoni inġustifikata tad-dritt ta’ proprjetà tagħha.

____________

____________

1 Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 62). Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/49/PESK, tat-30 ta’ Lulju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi d