Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2013 – Invivo vs OLAF

(Kawża T-690/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Invivo Ltd (Abinsk, ir-Russja) (rappreżentant: T. Huopalainen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF)

Talbiet tar-rikorrenti

tistħarreġ il-legalità tan-nuqqas tal-konvenut milli jieħu azzjoni fil-Każ OF/2013/0902 wara li dan intalab jieħu azzjoni mir-rikorrenti;

tordna lill-konvenut sabiex jieħu azzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq in-nuqqas li tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 265 TFUE, peress li l-interessi finanzjarji tal-UE huma involuti fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) 1073/1999 1 meta l-aġenzija nazzjonali li tagħti l-għajnuna tirċievi l-parti l-kbira tal-fondi tagħha mill-UE u fejn min-naħa ta’ min allegatament abbuża hemm involuti entitajiet legali minn tal-inqas żewġ Stati Membri.