Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Roeckl Sporthandschuhe vs EUIPO – Roeckl Handschuhe & Accessoires (Rappreżentazzjoni ta’ id)

(Kawża T-537/13) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni –Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Baumann, C. Straßberger u F. Römisch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Roeckl Handschuhe & Accessoires GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, J. Springer, A. Wagner u S. Brandstätter, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1866/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roeckl Sporthandschuhe u Roeckl Handschuhe & Accessoires.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG u Roeckl Handschuhe & Accessoires GmbH & Co. KG huma kkundannati ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

____________

1     ĠU C 367, 14.12.2013.