Language of document : ECLI:EU:T:2012:676





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Almamet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑410/09)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Drittijiet tad-difiża — Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni — Ksur uniku u kontinwat — Multi — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Proporzjonalità — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006”

1.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Possibbiltà li l-impriża kkonċernata tinvoka b’mod sħiħ dawn id-drittijiet biss wara li tintbagħat id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 21-25)

2.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata — Użu ta’ dokumenti kkonfiskati mill-bini ta’ impriża lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni — Dokumenti li ppermettew li l-investigazzjoni inizjali tal-Kummissjoni tiġi estiża — Drittijiet tad-difiża tal-impriżi l-oħra ikkonċernati mill-investigazzjoni iżda mhux mid-deċiżjoni ta’ spezzjoni — Portata (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20(4)) (ara l-punti 28-31, 34-36, 59)

3.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Provi li jistgħu jiġu aċċettati — Użu ta’ dokumenti kkonfiskati mill-bini ta’ impriża lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20) (ara l-punti 39-43, 55, 56, 74-77)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà — Grad tas-saħħa probatorja rikjest mill-provi magħżula mill-Kummissjoni (Artikolu 6(2) UE; Artikolu 81 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1)) (ara l-punti 89-92, 103)

5.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Użu ta’ dikjarazzjonijiet ta’ impriżi oħra li pparteċipaw fil-ksur bħala mezzi ta’ prova — Ammissibbiltà — Saħħa probatorja tad-dikjarazzjonijiet volontarji magħmula mill-parteċipanti prinċipali f’akkordju sabiex jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni (Artikolu 81 KE; Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03) (ara l-punti 93-96, 134)

6.                     Akkordji — Ftehim u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Kunċett — Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali — Kriterji — Ksur li jikkonċerna diversi prodotti — Neċessità li l-prodotti kkonċernati jkunu identiċi jew sostitwibbli — Assenza (Artikolu 81(1)KE) (ara l-punti 152-155, 169-175, 178)

7.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Valur miżjud sinjifikattiv tal-provi prodotti mill-impriża kkonċernata — Evalwazzjoni (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikkazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03) (ara l-punti 184, 185, 187, 207)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Dħul mill-bejgħ tal-eżerċizzju soċjali li jippreċedi d-data ta’ impożizzjoni tal-multa — Riferiment għad-dħul mill-bejgħ ta’ eżerċizzju soċjali preċedenti — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 32) (ara l-punti 210-216)

9.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Dħul mill-bejgħ globali tal-impriża kkonċernata — Limitu — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 32 u 37) (ara l-punti 225-234)

10.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Distinzjoni bejn ammont finali u ammont intermedju tal-multa — Konsegwenzi (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) (ara l-punti 240, 244, 245)

11.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Obbligu li jsir riferiment biss għad-dħul mill-bejgħ ivverifikat minn awditur — Assenza (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 32) (ara l-punti 250-253)

12.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja defiċitarja tal-impriża kkonċernata — Assenza — Iffissar tal-multa f’ammont li jikkawża l-falliment jew il-likwidazzjoni tal-impriża kkonċernata bħala konsegwenza tal-multa — Assenza ta’ projbizzjoni bħala prinċipju (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3)) (ara l-punti 266-269)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 — Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Almamet GmbH Handel mit Spänen und Pulvern aus Metall għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.