Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Jannar 2011 - Terezakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/09) 1

"Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut parzjali ta' aċċess - Tibdil tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża - Rifjut li jinbidlu t-talbiet - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ioannis Terezakis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: iniżjalment B. Lombart, sussegwentement P. Synoikis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2009 li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess għal ċerti partijiet kif ukoll għall-annessi ta' ċerti ittri skambjati bejn l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzji Elleniku dwar l-irregolaritajiet fiskali marbuta mal-kostruzzjoni tal-ajruport ta' Spata, f'Ateni (il-Greċja)

Dispożittiv

1)    Ma għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009