Language of document : ECLI:EU:T:2010:179





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2010 – Almamet vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-410/09 R)

“Proċeduri għal miżuri proviżżorji – Kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa – Garanzija bankarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Dannu finanzjarju – Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 30-32)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tinħoloq garanzija bankarja bħala kundizzjoni għan-nuqqas ta’ rkupru immedjat ta’ multa - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ċirkustanzi eċċezzjonali (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 34-36)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tinħoloq garanzija bankarja bħala kundizzjoni għan-nuqqas ta’ rkupru immedjat ta’ multa - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli – Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp ta’ appartenenza tal-impriża (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 47, 48)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba - Preżentata ta’ sottomissjonijiet komplementari bl-għan li tirrimedja għal nuqqasijiet - Inkompatibbiltà mal-proċeduri għal miżuri provviżorji (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 104(2), u 109) (ara l-punt 55)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/39.396 – Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.