Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Prahova - ir-Rumanija) – Cartrans Spedition Srl vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti - Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova, Direcţia Regională a Finanţelor Publice Bucureşti - Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii

(Kawża C-495/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet – Artikolu 146(1)(e) u l-Artikolu 153 – Tranżazzjonijiet ta’ trasport bit-triq direttament marbuta mal-esportazzjoni ta’ oġġetti – Servizzi mogħtija minn intermedjarji li jintervjenu f’tali tranżazzjonijiet – Sistema probatorja relatata mal-esportazzjoni tal-oġġetti – Dikjarazzjoni doganali – Carnet TIR)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Prahova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cartrans Spedition Srl

Konvenuti: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti - Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova,

Direcţia Regională a Finanţelor Publice Bucureşti - Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii

Dispożittiv

L-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, minn naħa, u l-imsemmija dispożizzjoni magħquda tal-Artikolu 153 ta’ din l-istess direttiva, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi fiskali ta’ Stat Membru li skontha l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, rispettivament, għas-servizzi ta’ trasport direttament marbuta ma’ esportazzjonijiet ta’ oġġetti u għall-provvisti ta’ servizzi mwettqa minn intermedjarji li jintervjenu f’dawn is-servizzi ta’ trasport hija suġġetta għall-produzzjoni mill-persuna taxxabbli tad-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni tal-oġġetti kkonċernati. F’dan ir-rigward, huma l-awtoritajiet kompetenti, għall-finijiet tal-għoti tal-imsemmija eżenzjonijiet, li għandhom jeżaminaw jekk it-twettiq tal-kundizzjoni relatata mal-esportazzjoni tal-oġġetti kkonċernati jistax jiġi dedott b’livell ta’ plawżibbiltà suffiċjentement għolja tal-elementi kollha li dawn l-awtoritajiet għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. F’dan il-kuntest, carnet TIR mitlub mid-dwani tal-pajjiżi terzi ta’ destinazzjoni tal-oġġetti prodott mill-persuna taxxabbli jikkostitwixxi element li, bħala prinċipju, għandhom jieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-imsemmija awtoritajiet, sakemm dawn ma jkollhomx raġunijiet preċiżi li jiddubitaw mill-awtentiċità jew mill-affidabbiltà ta’ dan id-dokument.

____________

1     ĠU C 369, 30.10.2017